Ġeografija u Storja
Ir-raħal ta' L-Għarb huwa raħal żgħir fil-Punent ta' Għawdex b'erja ta' 14.3 km sq. L-Għarb imiss ma' Kerċem, San Lawrenz u L-Għasri. Parti kbira mir-raħal hija rurali u parti oħra ħdejn il-baħar. Fil-fatt hemm ħafna bdiewa f’L-Għarb u wkoll numru ta’ nies li għandhom is-sajd bħala l-pastime tagħhom. Ir-raħal ta’ L-Għarb huwa magħruf għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Frenċ ta’ l-Għarb, Karmni Grima, il-Knisja Bażilika u Parrokkjali ddedikata għall-Viżitazzjoni, il-Kappelli tat-Taż-Żejt u San Dimitri kif ukoll bħala l-villaġġ tas-snajja ta 'Dbiegi.